Futbol Sport

Juventus jirbħu fid-derby ta’ Turin

(Ritratt: EPA)

Gowl lejn it-tmiem tal-akkwist mingħand Sassuolo Manuel Locatelli ta’ tliet punti lil Juventus fid-derby ta’ Turin meta għelbu lil Torino 1-0. Din kienet it-tielet rebħa ta’ Juventus dan l-istaġun. Juventus kellhom bidu mill-aqwa u setgħu marru fil-vantaġġ wara ħames minuti iżda ċ-ċans ta’ Weston McKennie naqas milli jikkonkludi fuq pass ta’ Adrien Rabiot. Fit-53 minuta, ċans ieħor għal Juventus iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Alex Sandro kienet salvata mill-goalkeeper ta’ Torino. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fis-86 minuta meta kien Manuel Locatelli li b’konklużjoni b’saħħitha ta’ rebħa importanti lil Juventus.

Inter kellhom jirkupraw minn gowl żvantaġġ biex barra minn darhom għelbu lil Sassuolo 2-1. Kienu Sassuolo li marru fil-vantaġġ wara 22 minuta permezz ta’ penalty skorjat minn Domenico Berardi. Inter kienu aħjar fit-tieni taqsima u ġabu l-iskor indaqs fit-58 minuta permezz tas-sostitut Edin Dzeko. Inter dawwru r-riżultat fit-78 minuta meta kien Lautaro Martinez li permezz ta’ penalty għamilhom 2-1.

F’partita oħra, Salernitana kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun b’rebħa minima ta’ 1-0 fuq Genoa. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fis-66 minuta meta minn cross ta’ Grigoris Kastanos kien Milan Djuric li b’daqqa ta’ ras tajba għamilhom 1-0.