Ambjent Lokali

L-għaqda Kaċċaturi San Umbertu tikkundanna bla riservi l-att li seħħ dalgħodu

Fi stqarrija l-għaqda Kaċċaturi San Ubertu tirreferi għal aħbar fil-medaa dwar persuna li allegatament sparat fuq ħames Fjamingi fl-inħawi tal-Qawra fejn instabu erbgħa minnhom mejta. Tikkundanna bla riservi atti simili li huma ta’ dannu għal kaċċaturi li fil-maġġoranza assoluta tagħhom josservaw il-liġi. Kaċċaturi San Ubertu tafferma li dan l-abbuż m’għandu l-edba rabta ma’ kaċċa legali u sostenibbli u li jservi biss biex itellef lil minn jimxi mal-liġi.

L-Għaqda tavża li din il-persuna kienet ilha sena membru tagħha imma kienet tkeċċiet ftit xhur ilu fuq reat simili. Kaċċaturi San Ubertu tħaddan prinċipju ta’ tolleranza żero għal tali ksur ta’ liġi u twissi li tali atti kriminali mumiex aċċettabbli.

Twissi wkoll li min mhux lest jimxi mal-liġi jitkeċċa minn membru skont il-principji li tħaddan din l-għaqda u ma jkunx jista’ jġedded il-liċenzja. Kaċċaturi San Ubertu tistenna li tali reati għandhom jiġu punibbli skont il-massimu li tagħti l-liġi