Wara pressjoni li saret fuq il-media soċjali, nhar it-Tnejn iċ-ċkejken Jean se jkun jista’ jibda jattendi l-skola.
Is-sid tal-paġna I am Diego qalet li jibqa’ l fatt li f’pajjiżna ninsabu f’sitwazzjoni inkwetanti fejn biex tagħti lil uliedek dak li hu tagħhom bi dritt irridu naslu s’hawn. Hija żiedet tgħid li każijiet bħal dawn jibqgħu mistura kieku m’għandniex il-media soċjali.

Hu żiedet tgħid li dan kien każ ta’ tifel ieħor li jbati mill-kundizzjoni tal-awtiżmu li kien se jiġi mċaħħad mill-edukazzjoni u milli jattendi l-iskola bħal kull tifel u tifla.
Omm dan it-tifel ġiet infurmata llum li binha ma setax jattendi skolna min-nhar it-Tnejn li ġej minħabba li mhux potty trained. U dan wara li l-iskola kienet diġà kkonfermat li ma kien hemm ebda xkiel biex it-tifel seta’ jibda skola.
Iżda wara pressjoni li saret, issa dan it-tifel min-nhar it-Tnejn jista’ jattendi l-iskola bħal kull tifel u tifla.
//= $special ?>