Lokali

Reazzjonijiet pożittivi għad-dokument ta’ qabel il-Budget tal-PN

L-ewwel reazzjonijiet tal-imsieħba soċjali u l-korpi kostitwiti għad-dokument ta’ qabel il-budget tal-Partit Nazzjonalista kienu pożittivi ferm.

Net News tkellem ma’ Marthese Portelli, Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ, ma’ Martin Balzan, il-President tal-assoċjazzjoni tat-Tobba, Paul Abela, il-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji u ma’ Victor Charachi, President tal-General Workers Union.

Ħadna wkoll l-ewwel reazzjonijiet tal-Viċi President tal-MHRA George Micallef kif ukoll tal-Assistent Direttur tal-UĦM Gian Paul Gauci.