Il-kowċ Olandiż Ronald Koeman mistenni jibqa’ kowċ ta’ Barcelona. Dan ħabbru l-President ta’ Barcelona Joan Laporta fejn qal li minkejja r-riżultati tal-aħħar partiti Koeman xorta waħda għadu jgawdi l-fiduċja tat-tmexxija ta’ Barcelona.
Laporta qal ukoll li japrezza l-fatt li Koeman aċċetta li jmexxi lil Barcelona minkejja li l-klabb jinsab għaddej minn mument diffiċli. Minn sitt partiti, Barcelona dan l-istaġun kisbu tliet rebħiet u tliet draws fil-kampjonat filwaqt li kellhom bidu ħażin fil-UEFA Champions League hekk kif sofrew żewġ telfiet fl-ewwel żewġ partiti.
//= $special ?>