Xeni illi juru “xmara ta’ lava” hekk kif il-vulkan fuq il-gżejjer Canary kompla jiżbrofa.
L-awtoritajiet tal-post qalu li fuq il-gżira La Palma kien hemm tmien terremoti li kejjlu saħħa ta’ kważi 3.5 fuq l-Iskala Richter.
Residenti li jinsabu qrib ix-xatt ingħataw ordni biex jibqgħu ġewwa, bi xjentisti jgħidu li jekk xi ħadd joħroġ jaf ‘il quddiem ibati konsegwenzi ta’ mard fl-għajnejn u fil-ġilda minħabba reazzjoni kimika li tinħoloq meta l-lava tmiss mal-ilma baħar.
Uffiċjali oħra qalu wkoll li kontinwament qed isegwu l-kwalità tal-arja fiz-zona hekk kif kaġun tal-irmied jaf jinħoloq aċtu fl-arja.
//= $special ?>