Lokali

Aktar akkużi serji kontra d-Direttur tal-Ħabs

“Hawn ġew jien Alla. Isir dak li ngħid jien”. Dikjarazzjoni li skont il-gazzetta Illum issir b’mod regolari mid-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli…. kemm mal-priġunieri kif ukoll mal-gwardjani.

L-istess gazzetta kompliet tizvela kif qed jimxi Alex Dalli fil-kurituri tal-ħabs, fejn allegatament ikun armat b’arma tan-nar. Dan filwaqt li joħroġ fil-bitħa tal-istess ħabs u joqgħod jispara fuq il-ħamiem – allegazzjonijiet li diga’ kienu rappurtati lil dan l-istazzjon ukoll fil-gimghat li ghaddew.

Jidher li l-problemi b’Alex Dalli mhux qed jinhassu biss fost il-priġunieri, iżda issa qed jinhassu anke mill-gwardjani, għaliex skont hum – dejjem skont dak rappurtat mill-gazzetta Illum – Alex Dalli jħobb jimxi bil-preferenzi. Din, jghidu s-sorsi tal-gazzetta, hija attitudni tal-kurunell Dalli u tal-klikka zghira tieghu.

L-illum, fl-artiklu tagħha kompliet titfa dawl fuq il-famuz siġġu tal-kastiġ, il-ħitan miżbugħin suwed u l-kastigi li qed jingħataw lill-priġunieri.

U minkejja li l-istess gazzetta bagħtet diversi mistoqsijiet lid-Direttur Alex Dalli sabiex tingħata risposta u stampa aktar ċara dwar dak li qed jiġri f’Kordin…..ma waslet ebda twegiba.