Lokali

Arrestata persuna b’rabta mal-argument li seħħ ilbieraħ fis-Swatar

Solvut il-misteru tad-dmija li instabu fil-komun ta' blokka appartamenti

Fl-aħħar sigħat, il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett issoktaw blinvestigazzjonijiet b’rabta ma’ argument bejn grupp ta’ persuni li seħħ ilbieraħ filgħaxija flImsida. Dawn l-investigazzjonijiet waslu biex ġiet arrestata persuna barranija.

Ilbieraħ, għal ħabta tat-7.:40pm, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi blokka ta’ appartamenti fi Triq Dijonisju Famuċelli, l-Imsida. Il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll tar-Rapid Intervention Unit marru mill-ewwel fuq il-post u sabu taqtir ta’ demm, kemm fil-komun tal-blokka kif ukoll ma’ bieb fil-ħames sular.

Minħabba f’hekk qam suspett li seta’ kien hemm xi ħadd mistoħbi u fuq il-post issejħu lmembri tal-Ispecial Intervention Unit biex jassistu. Il-pulizija fetħu u fittxew f’kull kamra tal-appartament, imma ma nstab ħadd. Madankollu nstabu xi armi bil-ponta, li x’aktarx setgħu ntużaw fl-argument u sustanza suspettata droga.

Fuq il-bankina, quddiem il-blokka ta’ appartamenti nstabet balla li ġiet elevata, blinvestigazzjonijiet jirriżultaw li waqt l-argument, allegatament ġie sparat tir fl-ajru.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxija għall-allegat vittma.

Il-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ u qiegħda tmexxi inkjesta.