Bidla fil-Gvern hija neċessarja sabiex pajjiżna jitneħħa minn fuq il-greylist tal-FATF. Dan saħqu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista li kellu mal-gazzetta Sunday Times of Malta f’għeluq is-sena minn mindu kien elett mit-Tesserati bħala l-Kap il-ġdid tal-Partit.
Hu stqarr li bidla fit-tmexxija tal-pajjiż tħalli bidla anke dwar kif wieħed iħares lejn pajjiżna
Filwaqt li Bernard Grech diġà kkommetta ruħu li Gvern ġdid immexxi minnu joħroġ lil Malta minn din il-lista fi żmien 90 ġurnata, il-Prim Ministru qed jibqa’ ma jagħtix data meta hu ser ikun qed jagħmel dan.
Waqt l-intervista mat-Times, Bernard Grech tkellem ukoll dwar kif ilu diversi xhur jisħaq kif is-settur tal-kostruzzjoni ma jistax jibqa’ għaddej b’dawn l-abbużi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rrefera wkoll għal kif, sforunatament, ix-Xandir tal-Istat spiċċa maħtuf minn Kastilja u mil-Labour, tant li mhux iħalli l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista jasal għand kulħadd.
//= $special ?>