Fortunatament, ħadd ma weġġa’ wara li waqa’ saqaf ta’ dar abbandunata li tinsab fi Sqaq Carmel Street, Luqa għall-ħabta tas-7.30pm.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-assistenza tagħhom. Jidher li fil-propjetà ma kien hemm ħadd.