Lokali

Caritas Malta mħassba għal min huwa f’faqar assolut u ma nafux bih

“Il-problema tal-faqar hija waħda kumplessa li teħtieġ soluzzjonijiet konkreti….għalkemm il-benefiċċji soċjali jgħinu fit-trażżin tal-faqar…weħidhom mhux se jeqirduh.”

Hekk sostniet Caritas Malta fil-proposti tagħhom fid-dokument tal-Pre-Budget 2022…fejn ġie spjegat li fi studju Caritas Malta identifikat 3 tipi ta’ familja fejn ġie kkalkulat l-ispiża tagħhom fis-sena.

Apparti l-ispejjeż ta’ ikel u spejjeż neċessarji varji – meta wieħed jikkalkula spejjeż fuq kiri ta’ residenzi privati, karozza u ristoranti…koppja anzjana għandha spiża ta’ madwar €18,000 filwaqt li għall-familja ta’ adult wieħed u żewġt itfal l-ispiża titla għal €22,000 u €25,000 għal familja b’żewġ adulti u żewġt itfal.

Caritas Malta spjegat li diversi miżuri soċjali, benefiċċji u skemi tal-Housing wasslu biex titaffha tbatija u biex ukoll jinżamm f’livell baxx il-persuni li jesperjenzaw deprivazzjoni materjali severa.  

Fl-istess waqt iċ-ċirkustanza preżenti u l-isfidi ekonomiċi qed joħlqu diffikultajiet  ġodda għal faxex bi dħul baxx jew f’qagħda soċjali prekarja. Jeżistu wkoll faxex li ma jidhrux fl-istatistika għax mhux reġistrati b’karta ta’ identità uffiċjali li qed jgħixu f’qagħda prekarja u xi drabi anke f’faqar assolut. Dawn jinkludu persuni li qed jistennew ażil u persuni bla saqaf fuq rashom.

Caritas Malta ressqet numru ta’ proposti u ssuġġeriet diversi rakkomandazzjonijiet fosthom;

  • Tiġi mwaqqfa sistema ta’ karta ta’ identità uffiċjali b’indirizz temporanju għal persuni li huma bla saqaf sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw assistenza soċjali, servizzi mediċi, benefiċċji oħra kif ukoll japplikaw għax-xogħol:
  • Proposta wkoll is-sistema tal-flus diġitali għal dawn li ma jkollhomx aċċess għall-għodod finanzjari biex jimxu maż-żminijiet. Għaldaqstant qed jiġi propost digital wallek bi skema ta’ vawċers:
  • Second Time Buyers li m’humiex jixtru proprjetà għall-investiment personali tagħhom iħallsu biss 10% tal-proprjetà.
  • Għall-immigranti li jinsabu f’qagħda prekarja u li huma f’pożizzjoni li jaħdmu u jikkontribbwixxu għall-ekonomija, tiġi mnaqqsa l-burokrazija biex dawn jingħataw permess tax-xogħol adegwat biex ikunu jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol b’mod legali:
  • Bżonn urġenti ta’ integrazzjoni fis-soċjetà Maltija għall-immigranti.
  • Isir issussidjar ta’ ikel bnin bħal ħaxix u frott biex jgħin lill-poplu Malti u Għawdxi jiekol san….filwaqt li l-bdiewa Maltin isalvaw il-prodott lokali tagħhom:
  • riveduta lis-Scheme 9 biex tfal eliġibbli għal dan is-servizz ta’ appoġġ ikunu jistgħu għal darb’oħra jerġgħu jibbenefikaw kemm minn ikla ta’ nofsinhar, kemm mill-istationary kif ukoll minn uniformi ġdida:
  • Appell biex tiġi riveduta l-COLA;
  • Jiġi mwaqqaf istitut ta’ riċerka nazzjonali.