“Kun il-bidla” hija t-tema tal-maratona li qed tittella illum il-Ħadd fuq Net Television u anke permezz tal-Facebook Live.
F’intervent li għamel, il-Kap tal-Partit Nazzjonalisa Bernard Grech, propju fl-ewwel anniversarju minn meta ħa f’idejh it-tmexxija tal-partit, saħaq li huwa ta’ privileġġ li tara li l-Maltin u Għawdxin ikunu kburin bil-ħidma li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista
Waqt li kien intervistat minn Ayrton Saffrett minn MZPN u Martina Micallef minn Team Start, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-pandemija tal-Covid-19 u l-effetti ħalliet… u b’rabta ma’ dan hu tkellem dwar l-importanza li għandna nagħtu lis-saħħa mentali aktar u aktar wara din il-pandemija
Huwa stqarr li ż-żgħażagħ li għandhom l-enerġija, xewqa u kapaċita li jbiddlu kollox iridu jkunu katalisti ta’ din il-bidla flimkien mal-adulti u l-anzjani li lill-dan il-Partit u l-Pajjiż għamlulu ħafna ġid.
Huwa għamel ukoll l-appell tiegħu għad-donazzjonijiet sabiex il-messaġġ tal-PN jasal u jasal għand aktar nies.
Matul din il-maratona ipparteċipaw ukoll diversi attivisti tal-Partit Nazzjonalista, deputati kif ukoll kandidati għall-elezzjoni ġenerali f’isem il-PN.
//= $special ?>