Lokali

Ħsarat konsiderevoli fil-Bażilika ta’ San Ġorġ wara nar li ħakem il-meters tad-dawl

Il-Bażilika ta’ San Ġorġ, fir-Rabat Għawdex esperjenzat ħsarat konsiderevoli wara li l-meters tad-dawl inħakmu minn nirien matul dan il-lejl.

F’post fuq Facebook ħareġ kif il-Bażilika tinsab mimlija trab kawża ta’ dan. Intalbet l-għajnuna ta’ kull min jista’ biex dalgħodu jmur jgħin fit-tindif sabiex il-Bażilika terġa’ lura għall-istat oriġinali li nafuha.