Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jżur lill-attivisti f’diversi każini

Matul tmiem din il-Ġimgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar diversi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex fejn iltaqa’ ma’ diversi persuni li waqqfuh u rringrazzjawh għall-mod kif il-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jkun il-bidla li għandu bżonn pajjiżna.

Fost il-lokalitajiet li żar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, insibu is-Sannat f’Għawdex, il-Mellieħa u l-Mosta.

Dan filwaqt li l-Ħadd filgħodu Bernard Grech żar il-lokalita’ ta’ Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Iż-Żurrieq, Ħal Tarxien, Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, Il-Ħamrun, Birkirkara, Tas-Sliema u San Ġwann.