Lokali

Il-Pulizija tinvestiga argument bejn erbat irġiel fosthom raġel ta’ 85 sena

Raġel 85 sena ġarrab ġrieħi ħfief filwaqt li ieħor ta’ 47 sena ndarab gravement wara li kienu involuti f’argument ma’ żewġt irġiel oħra.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 8 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid bejn iż-żewġt vittmi u rġiel ta’ 42 u 68 sena fejn allegatament intuża anke oġġett tal-ħadid.

Iż-żewġ vittmi marru minnufih fl-eqreb ċentru tas-saħħa filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.