Futbol Sport

“Il-vaċċin ma jnaqqasx mil-liberta’ tal-plejers”- Jurgen Klopp

Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li ma jistax jifehm għaliex plejers fil-Premier League qed jirrifjutaw il-vaċċin ta’ kontra l-Covid 19. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa kien irrapurtat li mill-inqas ħames plejers mill-iskwadra Ingliża irrifjutaw li jieħdu l-vaċċin, minkejja li l-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar saħqu li min ma jkunx ivvaċċinat ma jitħalliex jilgħab.

Klopp appella lil dawk li jirrifjutaw li jieħdu l-vaċċin sabiex jitlaqqmu għal ġid tagħhom u għal ġid ta’ dawk ta’ madwarhom, fejn saħaq li l-vaċċin mhux se jnaqqas mil-liberta’ tal-persuna. Fl-aħħar jiem l-Premier League kien qed jikkunsidra li jagħti xi tip ta’ premju lil clubs li jkollhom l-aktar plejers ivvaċċinati.