Sport Sport Ieħor

Jingħata l-bidu għat-Tazza l-Kbira

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Illum fil-korsa tal-Marsa tkompla l-istagun 2021 bit-28 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Sitta minn dawn taw il-bidu għall-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira, organizzata bl-għajnuna tal-Bank Of Valletta. Din hija miftuħa għaż-żwiemel tal-aqwa klassi Premier, bil-heats isiru fuq distanza twila ta’ 2640m. Minnhom 24 ħiemel għaddew għas-semifinali.

Fl-ewwel heat, Antoine Du Bourg (Redent Magro) ħa r-raba’ rebħa tas-sena wara li ddomina tul id-distanza kollha. Baron De Majuag (Alessandro Grech) żied il-pass dawra mit-tmiem tat-tieni heat. B’hekk akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva u r-raba’ waħda tas-sena faċilment b’ħames tulijiet mill-ġdid Norveġiż Catherine’s Chevy (Rodney Gatt).

It-tielet heat mill-istess kompetizzjoni kienet ikkaratterizzata minn dwell eċitanti fl-aħħar metri bejn Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) u Juvels Boy (Caillin Borg). Kien tal-ewwel li rreġistra t-tieni rebħa staġjonali. Id-debuttant Zvediz Pablo Andover (Daniel Hili) irreġistra l-ewwel rebħa f’pajjiżna fir-raba’ heat. Dan wara li żied il-pass fuq in-naħa ta’ barra fl-aħħar 600 metru.

Noel Baldacchino akkwista t-tieni rebħa tal-ġurnata permezz tad-debuttant Franċiż Chaud Devant fil-ħames heat. Dan kellu sprint qawwi fl-aħħar metri. Simili ħafna kienet is-sitt u l-aħħar heat, b’Viking’s Topline (Eugenio Bondin) jieħu l-ewwel rebħa f’Malta wara attakk fl-aħħar metri.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper Dist – 2140m. 1. Gringo Marancourt (K. Axisa) Ħin – 2.46.4” (1.17.8”) 2. Giminy Cricket (C. Camilleri) 3. Gamine d’Hawai (L. Ghigo) 4. Gima Tege (M. Vassallo)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gaia Lucaxelo (P. Galea) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Glory Oaks (N. Baldacchino) 3. Graminee Jive (R. Magro) 4. Casper Du Valo (N. Barbara)

III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Febus Du Juille (K. Saliba) Ħin – 2.43.2” (1.16.2”) 2. Gibson Desert (P. Galea) 3. Exquise d’Eurvad (R. Gatt) 4. Amour Streamline (J. Said)

IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fortuna De Coudde (N. Baldacchino) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Bueno Honey (R. Gatt) 3. Fuego De Granou (D. Baldacchino) 4. Artiste d’Alice (M. Farrugia)

V Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1.  Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 3.23” (1.16.9”) 2. Altonico (M. Debono) 3. Vanderlov (M. Farrugia) 4. Brut De La Cote (N. Baldacchino)

VI Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Baron De Majuag (A. Grech) Ħin – 3.19” (1.15.4”) 2. Catherine’s Chevy (R. Gatt) 3. Eagle B Butcher (M. Sultana) 4. Vichenko Chef (C. Camilleri)

VII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Aster Des Caillons (C. Degiorgio) Ħin – 3.20” (1.15.8”) 2. Juvels Boy (C. Borg) 3. Sandsjons Revenue (C. Camilleri) 4. Duke Of Mearas (L. Ghigo)

VIII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Pablo Andover (D. Hili) Ħin – 3.20.8” (1.16.1”) 2. Casanova Du Corta (C. Calleja) 3. Vincent Horse (C. Camilleri) 4. Glen Ord Superb (K. Saliba)  

IX Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1.  Chaud Devant (N. Baldacchino) Ħin – 3.19.3” (1.15.5”) 2. Joe Hoo Lee (M. Sammut) 3. Venale (M. Ellul) 4. Baxter Du Klau (C. Camilleri)

X Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Viking’s Topline (E. Bondin) Ħin –3.24” (1.17.2”) 2. Beguin d’Ali (R. Gatt) 3. Up And Go (G. Attard) 4. Bara Min (R. Magro)