Ħafna qamu għal ħsarat fit-toroq wara xita qalila li għamlet matul il-lejl li għadda fil-gżejjer Maltin… fosthom karozzi, toroq u ristoranti kompletament mgħarqa.
Fost ir-ritratti li waslu għand Net News, wieħed jinnota karozza li tkaxkret mal-kurrent u tidher nofsha mgħarqa fl-ilma tax-xita li nġabar fil-Wied tax-Xlendi.
Matul il-ġurnata saret ħidma biex jittellgħu l-karozzi mill-baħar u jassiguraw li m’hemm l-ebda periklu.
Jidher li x-xita qalila mistennija li tippersisti matul tmiem din il-ġimgħa u saħansitra l-ġimgħa d-dieħla.
Ritratti: Manuel Tabone/Leonard Van Den Berg/ Alexia Farrugia