Il-Korea ta’ Fuq komunista akkużat lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti b’ipokrezija waqt li insistiet li l-istess Kunsill mhux jitrattaha l-istess bħall-Istati-membri l-oħra tan-NU b’relazzjoni mal-attivitajiet militari.
L-aħħar kummenti rabbjużi minn Pyongyang ingħataw meta l-komunità internazzjonali qed tikkundanna bla riservi l-aħħar provi tal-missili mill-Korea komunista – u liema provi rrankaw fl-aħħar ġimgħat. Ta inkwiet partikulari hu li l-missili ppruvati kapaċi jkollhom il-kapaċità biex iġorru warhead jew materjal ieħor nukleari.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, intant, indirizza dawn iċ-ċirkustanzi preokkupanti wara bibien magħluqa fuq talba tal-Istati Uniti u pajjiżi oħra – bil-kelliema għal Pyongyang jirreferu għal din il-laqgħa bħala ‘provokazzjoni intollerabbli’.
L-istess kelliema akkużaw lill-Kunsill ‘b’li baqa’ sieket dwar l-eżerċizzji militari konġunti li l-Istati Uniti qed tmexxi flimkien mal-alleati ‘u meta fl-istess ħin qed jikuntesta d-dritt tal-Korea ta’ Fuq biex tiddefendi lilha nnfisha’.
//= $special ?>