Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, għaddejja ġmielha l-Maratona Ġbir ta’ Fondi bit-tema Kun il-Bidla li hi attività importanti għall-ħidma tal-Partit, partikolarment biex isaħħaħ ir-riżorsi ħalli jibqa’ jwassal il-messaġġ lill-pubbliku partikolarment hekk kif issa l-pajjiż jinsab fuq l-għatba ta’ elezzjoni ġenerali.
Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi bdiet fis-2pm u tibqa’ għaddejja sa wara l-11 ta’ filgħaxija. Din qed issir ukoll fl-ambitù li l-media tal-PN għandha jkollha l-għodda kollha neċessarja hekk kif saħansitra x-Xandir tal-Istat sar bħal donnu noticeboard ta’ Robert Abela.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lill-voluntieri u lil dawk preżenti filwaqt li rringrazzja wkoll lil dawk kollha li taw l-għotja ġeneruża tagħhom, deskritta bħala essenzjali biex il-ftit mill-ħafna jagħti l-frott mixtieq għal bidla li dan il-pajjiż tant għandu bżonn.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>