Sisay Lemma rebaħ l-40 edizzjoni tal-Maratona ta’ Londra b’ħin ta’ 2:04.01 bil-Kenjan Vincent Kipchuma jidħol fit-tieni post b’ħin ta’ 2:04.28, segwit mill-Etjopjan Mosinet Geremew fit-tielet post.
Joyciline Jepkosgei rebħet il-maratona fil-kategorija tan-nisa b’ħin ta’ 2:17.42, segwita minn Degitu Azimeraw fit-tieni post u Ashete Bekere fit-tielet post.
Il-Maratona ta’ Londra, b’distanza ta’ 42 kilometru, irritornat wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid 19, bil-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 40,000 persuna.
Sadanittant, ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Maratona, Shura Kitata u Brigid Kosgei temmew fis-sitt u fir-raba’ post rispettivament.
//= $special ?>