Sport Sport Ieħor

Sonny Colbrelli jirbaħ il-118 edizzjoni tal-Pariġi-Roubaix

Edizzjoni mill-isbaħ tal-aktar tellieqa klassika taċ-ċikliżmu fl-Ewropa : il-118 edizzjoni tal-Pariġi – Roubaix fuq distanza ta’ 257.7 kilometri. Bl-ewwel edizzjoni ssir fl-1896 il-velodromu ta’ Roubaix mill-1943 dejjem kien iċ-ċentru tal-wasla bl-edizzjoni 2021 jirbaħ l-isprint SONNY COLBRELLI ta’Bahrain Victorious li kompla bis-serje ta’ suċċessi għaċ-ċikliżmu Taljan wara li x-xahar li għadda sar wkoll champion tal-Ewropa.

Ir-rotta Parigi – Roubaix tibqa’ waħda klassika dominata minn toroq imħarbta u bit-tajn li jgħamlu r-rotta waħda mill-aktar diffiċli li jeżistu. Għal 34 kilometru kien Gianni Moscon ta’ Ineos Grenadiers li żamm waħdu vantaġġ li varja bejn ħmistax għal għoxrin sekonda fuq il-grupp. Sittax il-kilometru mit-tmiem intlaħaq mill-Belġjan Florian Veermersch ta’ Lotto Soudal , il-Franċiż Mathieu Van de Poel ta’ Alpecin Fenix u Sonny Colbrelli li ssuperawħ biex komplew flimkien rota ma rota sad-daħla fil-velodromu ta’ Roubaix. Fl-isprint finali kien Colbrelli li daħal b’nofs rota vantaġġ fuq Veermersch f’ 6 sigħat minuta u 57 sekonda.