Inċident li fih kien involut ajruplan privat f’Milan ħalla tmien persuni mejta, fosthom tifel, kif ukoll il-pilota u l-ko-pilota.
Jirriżulta li l-ajruplan, li kien fi triqtu minn Linate għal Olbia, waqa’ fuq binja vojta f’Marignano u l-vittmi huma kollha barranin. Il-blokka tinsab fi stat ta’ ristrutturar u fiha mistennija jkun hemm uffiċċji u parkeġġ għall-karozzi tal-linja.
Ġirien li tkellmu mal-media Taljana qalu li semgħu ħoss qawwi qabel splużjoni kawża tal-waqgħa tal-ajruplan fuq il-binja għolja żewġ sulari.
L-ajruplan kien qed jinstaq mill-propjetarju stess, Dan Petrescu, ta’ 68 sena, li hu sinjurun Rumen b’Ċittadinanza Rumena u Ġermaniża. Preżenti fuq l-ajruplan ukoll, ibnu Dan Stefan, ta’ 30 sena, kif ukoll omm it-tifel, li kellha 65 sena.
//= $special ?>