Futbol Sport

Watford jkeċċu lil kowċ Xisco Munoz

It-tim tal-Premier League Ingliż, Watford keċċew lil kowċ Xisco Munoz wara serje ta’ riżultati negattivi għal club. Munoz kien ilu għaxar xhur fit-tmexxija tal-club fejn l-istaġun li għadda kiseb promozzjoni miċ-Championship għal Premier League. Watford kisbu 7 punti mill-ewwel 7 logħbiet dan l-istaġun u bħalissa jinsabu fl-14-il post tal-klassifika.

Fi stqarrija il-bord ta’ Watford qalu li mhux qed jaraw il-porgress mixtieq fil-prestazzjonijiet tat-tim u għalhekk ħassew il-ħtieġa li jneħħu lil Munoz minn din il-kariga, filwaqt li irringrazzjawh għax-xogħol li wettaq fl-aħħar xhur. Fost il-kowċis li qed jissemmew li jistgħu jieħdu post Munoz, hemm l-eks kowċ ta’ Leicester Claudio Ranieri, li kien mexxa lil Leicester għar-rebħ tal-Premier League fl-2016.