Coronavirus Lokali Saħħa

24 każ ġdid ta’ COVID-19

Il-każi attivi tal-Coronavirus f’pajjiżna żdiedu b’wieħed meta fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 24 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 23 persuna. B’hekk il-każi attivi bħalissa jammontaw 294.

24 każ ġdid fl-aħħar sigħat, ifisser ukoll l-għola ammont ta’ każi ġodda fl-aħħar ġimgħatejn.

F’post fuq Facebook, il-Ministeru tas-Saħħa kkonferma li fl-Isptar Mater Dei għad hemm sitt persuni pożittivi li qed jirċievu l-kura minħabba kumplikazzjonijiet. Ma ngħatawx dettalji jekk hemmx persuni f’qagħda kritika jew fit-taqsima tal-kura intensiva.

Bejn il-Ħadd u Tnejn, skont l-awtoritajiet, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk il-fatalitajiet tal-pandmeija jibqgħu 459.

Fl-aħħar 24 siegħa ingħataw madwar 1,000 doża tal-booster.