Id-Deputat Laburista Carmelo Abela kkritika lill-media indipendenti u qal li hu ma hux jisma’ lill-media indipendenti tagħmel ċertu mistoqsijiet lill-Oppożizzjoni u lill-Partit Nazzjonalista dwar minfejn se tkun qed iġġib il-flus biex tkun tista’ twettaq il-wegħdiet li qed tagħmel bħalissa.
Carmelo Abela, fl-Aġġornament tat-Tnejn li għadda, qal li prinċipalment kien qed jitkellem dwar il-kwistjoni tal-iżbilanċ fl-Istazzjon Nazzjonali, qal li ma hu minnu xejn li fl-Istazzjon Nazzonali hemm xi żbilanċ. Din hi biss ossessjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Ministru Carmelo Abela qal li hu jixtieq jindirizza l-kritika dwar l-Istazzjon Nazzjonali. Hu akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni li hu negattiv.
Is-surveys juru li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma hux qed jagħmel in-roads fil-messaġġ tiegħu u għalhekk qed iwaħħal fl-Istazzjon Nazzjonali.
Hu qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jgħid li l-messaġġ tiegħu mhux qed jasal għaliex skont hu x-Xandir Nazzjonali hu maħtuf mill-Gvern.
Hu qal li l-kritika tal-Oppożizzjoni tista’ titqies bħala inbid qares.
Filwaqt li qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux messaġġ, Carmelo Abela qal li l-Gvern ħadem u qed ikompli jaħdem biex isaħħaħ lill-kumpanija mill-aspett tar-riżorsi umani, mill-kwalità tal-programmi u anki mill-aspett tal-finanzi
Sar bord ġdid b’elementi tajbin biex jgħin fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex l-Istazzjon Nazzjonali jimxi tassew ’il quddiem. Saru ċerti ħatriet importanti biex hekk issaħħet l-infrastruttura tar-riżorsi umani fi ħdan l-Istazzjon.
“Implimentajna diversi deċiżjonijiet biex l-Istazzjon Nazzjonali tassew jimxi skont dawn iż-żminijiet moderni u kif jitolbu ż-żminijiet tal-lum.
Illum wasalna fil-punt li kull stazzjon li jifformaw parti mill-Istazzjon Nazzjonali ta’ pajjiżna għandhom l-identità partikulari tagħhom.”
Wieħed minn dawn l-istazzjonijiet hu dak iffukat fuq l-aħbarjiet, id-diskussjoni u l-informazzjoni u għalhekk ma tagħmilx sens il-kritika li l-aħbarijiet naqsu.
Hu qal li anki f’termini ta’ riżorsi tal-kumpanija, qatt daqs illum l-istess riżorsi m’għandhom l-opportunitajiet li jtellgħu u jagħmlu l-programmi huma stess.
Hu temm li l-PBS qed jipprova jagħti identità distinta lill-istazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-Istat Nazzjonali u kompla li l-iskop ta’ dan hu biex din l-identità distinta tagħti għażla lit-telespettaturi.
//= $special ?>

