Internazzjonali

FRANZA: Inkjesta ssib iktar minn 3,000 pedofelu inkluż saċerdoti

Ritratt: BBC News

F’investigazzjoni li saret minn Kummissjoni Indipendenti…. irriżulta li mill-1950 ‘l hawn kien hemm madwar 3,000 pedofelu fost lajci u saċerdoti fi ħdan il-Knisja Franċiża.

Iktar minn 6,500 vittma u xhieda kienu kkuntattjati fuq medda ta’ sentejn u nofs… u r-rapport finali fih 2,500 paġna. Din l-inkjesta kienet intalbet mill-Knisja Kattolika Franċiża fl-2018 wara diversi skandli li kienu ħarġu f’pajjiżi oħra. Ir-riċerka li saret damet għaddejja madwar sentejn ….u kienet tinvolvi riċerka fil-Qorti, il-knisja kif ukoll il-Pulizija.