Il-Prim Ministru l-ġdid tal-Ġappun Fumio Kishida mistenni jsejjaħ elezzjoni ġenerali lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Fumio Kishida ha l-gurament bħala Prim Ministru ġdid tal-Ġappun wara li Yoshihide Suga irriżenja ….sena biss wara li kien elett.
Kishida li għandu 64 sena, il-ġimgħa l-oħra rebaħ it-tiġrija sabiex imexxi l-Partit Liberali Dekomratiku.
Kishida qed jispera li jgħin lill-partit tiegħu jerġa’ jikseb popolarità wara d-deċiżjoni li, minkejja l-pandemija, xorta jsir il-logħob Olimpiku f’Tokyo.
Fil-fatt, huwa mistenna li l-Prim Ministru l-ġdid jaffaċċja diversi deċiżjonijiet iebsa ….fosthom dwar l-irkupru ekonomiku wara l-pandemija tal-COVID.
Il-Prim Ministru l-ġdid qal li jekk il-Partit tiegħu jirbaħ l-elezzjoni, dan se jkun bidu ġdid f’kull sens.
//= $special ?>