Atletika Sport

Hannah Cutajar u Ryan Muscat jiddominaw il-Garmin Maltese Island Swim Run

L-atleti Hannah Cutajar u Ryan Muscat iddominaw l-ewwel edizzjoni tal-Garmin Maltese Island Swim Run. L-iSwim Run tinvolvi ġirja u għawma mingħajr waqfien. Fis-snin li għaddew saru numru ta’ Swim Runs iżda l-Garmin Maltese Islands SwimRun kienet l-ewwel tax-xorti tagħha.

L-edizzjoni tal-Ħadd kienet tinvolvi ġirja ta’ 6km minn Nadu sa Ħondo ir-Rummien u għawma qasira f’Kiki Bay bil-parteċipanti jgħumu 1.5km sa Kemmuna. Xi ħaġa li kienet innutata kienu l-kurrenti qawwija li kien hemm fil-baħar wara l-maltempata li laqtet lil Malta fis-sigħat kmieni tas-Sibt.

Ir-rebbieħ overall kien Ryan Muscat li rnexxielu jtemm l-avvenimetn f’ħin ta’ sagħtejn 38 minuta u 12-il sekonda, fejn kien segwit minn Josef Azzopardi u Hannah Cutajar. Cutajar kienet ukoll l-ewwel mara li temmet din it-tellieqa hekk kif temmet f’ħin ta’ sagħtejn 39 minuta u 10 sekondi.

Fi tmiem it-tellieqa, id-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele qal li fit-tellieqa li saret il-Ħadd li kienet l-ewwel waħda tax-xorti tagħha kienet waħda diffiċli minħabba l-maltemp li kien hemm matul il-lejl..