Għadda jum ieħor li fih komplejna naraw l-iżbilanċ fir-rapportaġġ fuq TVM News waqt il-Bulettin tat-8 ta’ filgħaxija. Dan hekk kif il-Labour kellu rappurtagg id-doppju tal-PN.
F’Settembru, il-Prim Ministru ġie kkwotat 25 darba waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni ġie kwoatat 16-il darba biss. Il-Prim Ministru ġie intervistat jew issemma kumment tiegħu fl-aħbarijiet disa’ darbiet…. iżda l-Kap tal-Oppożizzjoni QATT ma gawda minn dan l-ispazju.
Il-membri tal-kabinett kollha, inkluż il-Prim Ministru, ġew kwotati 142 darba fil-bulettin tat-8 fuq TVM matul Settembru. Il-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni, bejniethom ġew rrappurtati jew kwotati 48 darba, jiġifieri tliet darbiet inqas.
Apparti hekk, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ġew intervistati 84 darba filwaqt li l-PBS qatt ma semma’ mqar intervista waħda ta’ xi esponent tal-Partit Nazzjonalista.
F’Awwissu u f’Settembru flimkien ir-rappurtaġġ tal-Membri tal-Kabinett kien jammonta ghal total ta’ 233 darba…. filwaqt li tal-Membri tal-Oppożizzjoni kien biss 71 darba.


