Il-Partit Laburista neħħa lil Rosianne Cutajar minn rappreżentant fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. L-Eks Segretarju Parlamentari tinsab investigata dwar kunflitt ta’ interess bejn ix-xogħol tagħha bħala Deputat Parlamentari u l-qrubija tagħha ma’ Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black u li bħalissa qed jiffaċċja akkużi ta’ kompliċita’ fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fl-istess Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fl-2019, Rosianne Cutajar ħaditha qatta’ bla ħabel kontra s-sejħiet biex issir inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hi tinsab akkużata li kisret il-Kodiċi ta’ Kondotta għal Deputati Parlamentari fl-Assemblea tal-Kunsill tal-Ewropa.
Minflok Rosianne Cutajar, il-Partit Laburista innomina l-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli.
//= $special ?>