“Enough is enough”
Kienet din l-għajta tal-persuni li nġabru quddiem il-Parlament b’marċ sa quddiem il-Ministeru tal-Intern fi protesta paċifika li saret mill-Malta Migrant Community it-Tnejn filgħodu.
Din il-protesta saret fid-dawl tal-każ ta’ Jaiteh Lamin, l-immigrant li nxteħet f’nofs ta’ triq wara li sofra ġrieħi gravi fuq post ta’ kostruzzjoni.
Fi tmiem il-protesta ġie ppreżentat lill-Ministeru tal-Intern dokument b’numru ta’ inġustizzji… liema inġustizzji qed jesperjenzawhom jum wara l-ieħor… kif jispjegalna aħjar Akilu Abdul Rauf.
Matul il-protesta, kull kelliem saħaq li huma qed jitolbu biss li jingħataw id-drittijiet bażiċi li kull uman jistħoqlu. Fost dawn, li t-tfal tal-immigranti li jkunu twieldu f’Malta jingħataw id-dritt tal-isem u tan-nazzjonalità, u li jingħataw l-aċċess għad-drittijiet tax-xogħol hekk kif huma jħallsu t-taxxi daqs ċittadini u residenti f’Malta.