Ma hemmx soluzzjoni – hekk stqarr il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana meta saqsejnih dwar l-isfida tal-għoli tal-ħajja, hekk kif ma’ Net News spiċċa ammetta li l-ħaddiema u l-familji qed jaffaċjaw żieda fil-prezzijiet.
L-għoli tal-ħajja hija issue… kull min qed imur jixtri qed jinduna li hemm żieda fil-prezzijiet.
Stqarrija bħal din ħarġet mumenti biss wara li kien preżentat id-dokument tat-twettiq tal-budget f’konferenza tal-aħbarjiet f’Kastilja, bil-Ministru tal-Finanzi jikkonferma illi l-prodotti bażiċi qed jogħlew.
“Jekk wieħed imur is-supermarket, wieħed jinduna li qed ikun hemm żieda fil-prezzijiet”
…għalkemm għal darb’oħra, ma’ Net News, reġa’ ma qalx x’soluzzjoni għandu għall-pjaga tal-għoli tal-ħajja.
“Is-soluzzjoni sabiex wieħed jipprova u jtaffi dak li qed jiġri barra minn Malta… ma teżiżtix”
U meta saqsejnih dwar kemm se tkun iż-żieda tal-COLA, huwa qalilna biex nistennew sal-budget.
Intant, tul l-istess konferenza tal-aħbarjiet saqsejna kemm lil Clyde Caruana u anki lill-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar dwar l-ammont ta’ persuni li ġew ingaġġati mal-Gvern fl-aħħar sena – b’diversi persons of trust u jobs li qed jinghataw lil persuni tal-qalba. Iżda skont il-Gvern iż-żieda kienet waħda “normali”.
//= $special ?>