Sport Sport Ieħor

Khabib Nurmagomedov jiċħad li se jkun qed jirritorna fil-UFC

L-eks champion tal-UFC, Khabib Nurmagomedov ċaħad għal kollox rapporti li jista’ jirritorna għal dan l-isport hekk kif kien wiegħed lil ommu li se jirtira minn dan l-isport wara l-mewt ta’ missieru.

Nurmagomedov li għandu 33 huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa atleti f’dan l-isport hekk kif iżomm rekord ta’ 29-0. Ftit xhur qabel l-aħħar ġlieda tiegħu, Nurmagomedov tilef lil missieru fejn kien qal li dan kien l-aħjar żmien sabiex jitira minn dan l-isport. L-atleta Russu żvela kif ftit tax-xhur ilu, l-President tal-UFC Dana White kien ħajru biex jerġa jibda jitħarreġ u jikkompeti f’dan l-isport, b’Nurmagomedov jiċħad dan.