L-MFA ħabbret ftehim ta’ sponsorship għat-tliet snin li ġejjin mal-kumpanija Izibet fejn din se tkun l-isponsor uffiċjali tal-FA Trophy. Dan il-ftehim kien imħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo fejn irrimarka kif fix-xhur li għaddew kien hemm numru ta’ kumpaniji li wrew l-interess li jinvestu fil-futbol Malti.
Vassallo qal li dan il-ftehim mhux se jkun l-aħħar wieħed tax-xorti tiegħu, hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin, l-MFA se tkun qed tħabbar numru ta’ sponsors ġodda għall-kompetizzjonijiet domestiċi kif ukoll se jkun qed jitħabbar sponsor ġdid għall-Fondazzjoni Nħobb il-Futbol.
Ic-Chief Commercial Officer ta’ Izibet, Franco Degabriele qal li dan huwa mument ta’ sodisfazzjoni għall-kumpanija hekk kif issa se tibda tkun assoċjata ma’ waħda mill-akbar kompetizzjonijiet tal-futbol f’pajjiżna. Fl-aħħar xhur il-kumpanija Izibet uriet interess kbir sabiex tinvesti fil-futbol Malti u se tkun qed tittama li dan il-ftehim ikun estiż għal numru ta’ snin.
Il-kompetizzjoni tal-FA Trophy ntlaqgħtet b’mod negattiv mill-pandemija tal-COVID-19 hekk kif fl-aħħar sentejn din ma ntemmitx.
//= $special ?>