Internazzjonali Lokali

Issa tista’ terġa’ taċċessa Facebook, Whatsapp u Instagram… tissolva l-problema

Diversi persuni madwar id-dinja kollha, ilbieraħ filgħaxija ma setgħux jaċċessaw il-pjattaformi diġitali Facebook, Whatsapp u Instagram għal diversi sigħat bil-problema tissolva ftit minuti qabel nofsillejl.

Kien ftit qabel is-6pm meta s-sit downdetector.com beda jirċievi eluf ta’ rapporti li l-pjattaformi mhux jaħdmu għal ħafna nies. Dawn ir-rapporti laħqu rekord ta’ miljuni fi ftit sigħat hekk kif dawn il-pjattoformi baqgħu ma jaħdmux għal madwar 6 sigħat.

Kull min ipprova jidħol fuq Facebook, wieħed telalu messaġġ ta’ error. Minn naħa l-oħra, kull min ipprova jaċċessa Whatsapp u Instagram irnexxilu, iżda l-ebda kontenut ġdid ma beda jidher.