Lokali

Miġbura €343,563 mill-PN waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi bit-tema ‘Kun il-Bidla’

€343,563 , Din kienet iċ-ċifra finali tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi li organizza l-Partit Nazzjonalista tul il-Jum tal-Ħadd … fondi li nġabru b’risq il-ħidma li qed iwettaq il-Partit ħalli jissaħħu r-riżorsi u l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jasal għand kulħadd.

Matul il-Maratona tal-Ħadd ipparteċipaw ukoll diversi attivisti tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll Deputati u Kandidati għall-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit.