Lokali

Tifel iweġġa’ gravi wara li ġie attakkat minn kelb

Tifel ta’ sitt snin weġġa’ gravi wara li kien attakkat minn kelb. Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-3:45pm fil-Park tal-Familja fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li t-tifel ta’ 6 snin sofra ġrieħi wara li ġie attakkat u migdum minn kelb.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar għall-kura.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.