Is-Sindku tal-Belt Valletta u preżentatur fuq il-midja tal-Labour Alfred Zammit spiċċa f’botta u risposta maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u tal-istazzjon tal-midja Laburista Jason Micallef wara li dan tal-aħħar ippropona li sal-2030 fil-Belt jidħu biss vetturi elettriċi.
F’kummenti li ta lil gazzetta Illum, Alfred Zammit saħaq li Micallef ma jistax iqum filgħodu u jipproponi xi ħaġa bħal din mingħajr lanqas biss jikkalula lir-residenti.
Bosta saħqu li jekk dawn lanqas biss qed jikkonsultaw ma xulxin…u jaħdmu flimkien taħt l-istess saqaf, aħseb u ara kemm qed jingħata widen liċ-ċittadin.
Alfred Zammit minn naha tieghu insista li la l-Kunsill Lokali u wisq inqas ir-residenti ma gew kkonsultati qabel ma Jason Micallef għamel pubblika din il-proposta ….u ppreżentaha lill-Gvern Laburista.
Dan wara li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ppreżentat is-suppost viżjoni sabiex tkun l-ewwel Belt Kapitali ħadra fil-kontinent Ewropew – fosthom li l-vetturi kollha li jidħlu fil-Belt….inkluż tar-residenti…jkunu jaħdmu kollha kemm huma bl-elettriku.
Alfred Zammit ta x’jifhem li Jason Micallef lanqas biss ikkalkula lir-residenti…u stqarr li faqgħulu mobile bit-telefonati u l-ilmenti.
Dan mhux l-ewwel kaz ta’ battibekki fil-miftuh bejn esponenti tal-Partit Laburista, wara sajf dominat minn diskors ta’ Jean Claude Micallef kontra shabu li ma tkellmux fuq il-marina f’Wied il-Ghajn…u l-battalja miftuha li kompliet tihrax bejn Rosianne Cutajar u Ian Castaldi Paris.
//= $special ?>
