Il-Ministru Clyde Caruana qal li l-mod kif qed jaġixxu Ministri sħabu huwa ħażin.
“KOLLEGI POLITIKANTI LI ĦARĠU ŻGĦAZAGĦ MILL-FABBRIKI U TAWHOM IMPJIEG FIS-SETTUR PUBBLIKU. ĦAŻIN”
Caruana kien qed jitkellem waqt it-tnedija tal-istrateġija Nazzjonali għax-Xogħol u kien qed iwieġeb għall-kritika ta’ msieħba soċjali li tkellmu dwar kif Ministri kienu qed iżarmaw is-settur privat.
Veterani fil-qasam tas-servizz pubbliku li tkellmu magħna qalulna li Gvernijiet differenti dejjem pruvaw jinvestu fis-settur pubbliku, billi mpjegaw persuni bħala għalliema, infiermiera, pulizija, suldati u haddiema f’diversi oqsma kruċjali ghal pajjizna.
Madankollu, huma kritikaw il-mod kif qed jiddaħħlu ħafna persuni żejda f’Ministeri u entitatjiet parastatali bl-addoċċ.
Huma ddeskrivew dan kollu bħala eżerċizzju ta’ xiri ta’ voti,u li fl-aħħar mill-aħħar qed jispiċċa jkun piż żejjed fuq il-pajjiż stess. Tant li l-Ministru tal-Finanzi, issa, spiċċa ċanfar lil sħabu tal-Kabinett illi qed jużaw din l-istrateġija.
//= $special ?>