Coronavirus Lokali

COVID-19: 25 każ ġdid; ifiequ 30 persuna

Fl-aħħar siegħat kienu reġistrati 25 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 30 persuna. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa naqas għal 292.

Jirriżulta li 25 każ ġdid fl-aħħar siegħat, huwa l-għola ammont ta’ każi ġodda f’dawn l-aħħar gimgħatejn.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei żdiedu għal tmienja u li sat-Tnejn kienu ingħataw 831,113 doża tal-vaċċin, bi kważi 17,500 minnhom huma dożi tal-booster.

Ikkummenta