Futbol Sport

“Dejjem għandek tibda bl-aqwa plejers”- Sir Alex Ferguson

Wara li Cristiano Ronaldo ma kienx fl-ewwel ħdax ta’ Man Utd fid-draw ta’ 1-1 kontra Everton, kienu bosta li urew id-diżappunt tagħhom, fosthom l-eks kowċ ta’ Man Utd Sir Alex Ferguson. Waqt konverżazzjoni wara l-partita mal-istilla tal-UFC Khabib Nurmagomedov Sir Alex Ferguson instemgħa jgħid li l-kowċ għandu dejjem jibda bl-aqwa plejers li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu. Fil-video Feguson issuġerixxa li l-esklużjoni ta’ Ronaldo mill-ewwel ħdax setgħet tat xi ftit tal-kunfidenza lit-tim ta’ Everton.

Minkejja l-kritika lejh, il-kowċ attwali ta’ Man Utd Ole Gunner Solskjaer, iddefenda d-deċiżjoni li jserraħ lil Ronaldo, li għandu 36 sena, hekk kif mistenni jingħaqad mat-tim nazzjonali tal-Portugall għal żewġ partiti f’inqas minn erba’ t’ijiem, kontra l-Qatar u kontra l-Lussemburgu.