Karol Aquilina PN,
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal fil-parlament li l-każ li hu rebaħ fil-Qorti dwar l-istorja ivvinata mill-media Labuista juri kemm il-politiċi għanhdom ikunu determinati favur is-sewwa.
Fl-Aġġornament tal-parlament Karol Aquilina rrifera għall-każ tiegħu li fih il-pulizja ressquh il-qorti u l-mod kif hu kien irriżenja minn Kelliem tal-Ġustizzija u Segretarju tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Hu qal li l-media Laburista kienet akkużati b’diversi akkużi fejn Karl Stagno Navarro kiseb filmat tal-istorja fittizzja tal-pulizija fosthom li kien ipprova joqtol pulizija, li saq b’mod perikoluż u li kkorrompa pulizija biex ma titteħidx azzjoni fil-konfront tiegħu.
Dan kien kollu gideb tal-PL għax ma kien hemm veru f’dawn l-allegazzjonijiet, sostna Karol Aquilina, li qal li l-filmati kienu manipulati.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Maġistrat kkundanna lil Karl Stagno Navarra u lill-PL li vvintaw storja fuqu biex jipprovaw jagħlqulu ħalqu. Il-Maġistrat ddikjara li l-filmat juri li fl-ebda stadju ma juri li kien hemm xi abbuż minn Karol Aquilina. Il-Maġistrat sostna wkoll li Karol Aquilina ma kellux jitratatw b’dawn l-akkuzi għaliex jirriżulta li osserva l-liġijiet kollha. Din kienet montatura tal-Pulizija u tal-PL u Stagna Navarra.
Dan għaliex hu staqsa dwar l-ex Kummissarju Lawrence Cutajar, dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi. Il-filmat ġie mill-iktar uffiċjal korrott fil-pulizija li tah lil Stagno Navarra; meta jiġi l-waqt li nsemmi lil dan l-uffiċjal, sostna Karol Aquilina.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan hu inaċċettabbli u sostna li hu qed jitkellem fuq it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija. Quddiem l-inġustizzji irridu ngħajtu, sostna Karol Aquilina, li qal li l-PL għandu jagħmel apoloġija mhux miegħu iżda lill-pulizija li nqdew bihom, lill-mara tiegħu u lill-parlament. Hu qal li kien qabad crew tal-One jiġru warajh bil-karozza u jiffilmjawh u sostna li dan mhux il-mod kif isiru l-affarijiet.
Karol Aquilina rringrazzja lill-Ispeaker tal-appoġġ u l-interess fil-każ, lill-avukati tiegħu, lill-Kap tal-PN Bernard Grech, l-ex Kap Adrian Delia lid-deputati Nazzjonalista fosthom Joe Ellis u lill-Whip Robert Cutajar u lill-familja tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li meta persuna tkun determinata, is-sewwa jirbaħ żgur.
//= $special ?>