Madwar 500 persuna, it-Tlieta filgħodu kellhom jiġu evakwati mill-uffiċċini tagħhom fi Triq l-Indipendenza fil-Ħamrun.
Jidher li għall-ħabta tal-10:00, ħaddiema fl-uffiċini bdew jinnutaw duħħan tiela u minnufih sejħu għall-għajnuna.
Net News mar fuq il-post fejn seta’ jilmaħ preżenza ta’ diversi fire engines u membri tal-protezzjoni ċivili li fortunatament ma’ damux ma telqu minn fuq il-post wara li ma kien rrapurtat l-ebda nirien.
Is-sitwazzjoni marret lura għan-normal fi ftit minuti.
//= $special ?>