Il-president ta’ Real Madrid Florentino Perez jinsab kunfidenti li jikseb lil Kylian Mbappe f’Jannar permezz ta’ pre-contract, hekk kif ikun Mbappe jkun fadallu inqas minn sitt xhur kuntratt ma’ PSG. Wara l-intervista ta’ Mbappe fejn pubblikament ammetta li xtaq jissieħeb li Real Madrid is-sajf li għadda, il-gazzetta Spanjola ‘El Debate’ irrapurtat li f’intervista separata Florentino Perez qal li jinsab kunfidenti li s-sitwazzjoni ma’ Mbappe tissolva f’Jannar.
Fl-intervista ma’ RMC Sport Kylian Mbappe ammetta li jekk jiġi biex iħalli lil PSG l-unika club li jissieħeb miegħu jkun Real Madrid.
//= $special ?>