Hu ħafna aktar serju li Gvern li suppost għandu maġġoranza daqstant kbira xorta juża’ lix-Xandir Nazzjonali bi żbilanċ favurih.
Hekk iddikjara l-avukat Franco Debono meta kien mistieden fil-programm NET Live, fejn għamel referenza fost l-oħrajn għas-sitwazzjoni fil-PBS.
L-Avukat Debono, li kien ukoll Deputat fl-aħħar leġislatura ta’ Gvern Nazzjonalista, kien jikkritika l-mod kif il-Gvern juża’ lix-Xandir Nazzjonali.
Madankollu, spjega li f’ċirkostanza fejn Gvern ikollu maġġoranza żgħira u f’ċirkostanzi diffiċli, wieħed forsi jifhem li jkun hemm bias.
Iżda qal li f’ċirkostanzi fejn il-Gvern ikollu maġġoranza kbira u suppost mingħajr problemi, daqstant bias huwa ħafna aktar serju.
//= $special ?>