Mal-216,000 tfal – fil-parti kbira subien – mill-1950 ‘il hawn spiċċaw abbużati sesswalment mill-membri tal-kleru mal-Knisja Kattolika fi Franza. Dan sar magħruf minn investigazzjoni sinifikanti u daqstant ieħor preokkupanti li d-dettalji tagħha ilhom ikunu ċirkulati mill-bidu tal-ġimgħa.
Il-persuna li mexxiet l-inkjesta qalet li kien hemm talanqas bejn l-2,900 u t-3,200 membru tal-kleru li abbużaw mill-persuni vulnerabbli. Fl-istess ħin, il-Knisja Kattolika fi Franza qed tkun akkużata b’‘indifferenza’ fil-konfront tal-vittmi.
Hu minnu wkoll li xi uffiċjali ewlenin fil-Knisja ta’ Franza esprimew ‘sens ta’ għajb’ għal dak li kien żvelat waqt li talbu ‘għal maħfra’. Dan waqt li numru ta’ persuni li kienu abbużati fi tfulithom qalu li wasal iż-żmien ‘biex il-knisja tevalwa mill-ġdid l-azzjonijiet tagħha’.
François Devaux, il-fundatur tal-assoċjazzjoni għall-vittmi tal-abbuż bl-isem La Parole Libérée qal li dak li ħareġ mll-inkjesta juri fuq kollox ‘li t-tfal spiċċaw ittraduti mill-istituzzjoni (il-Knisja Katto0lika fi Franza). It-tfal abbużati fi Franza, fil-fatt, kapaċi jitilgħu għal 330,000 u ladarba wieħed jieħu kont tal-abbużi mwettqa mil-lajċi fosthom l-għalliema fl-iskejjel tal-knisja.
//= $special ?>