Sport Sport Ieħor

Ftit ġimgħat ‘il bogħod mir-Rolex Middle Sea Race

Hekk kif fadal anqas minn tliet ġimgħat għall-bidu tar-Rolex Middle Sea Race, 125 jott diġa ġew reġistrati biex jipparteċipaw fit-tellieqa ta’ din is-sena. Il-flotta li se titlaq mill-Port il-Kbir nhar is-Sibt 23 ta’ Ottubru tvarja minn Maxi Monohullus għal Maxi Multihulls, bl-akbar jott irreġistrat ikun Skorpios, b’tul ta’ 140 pied. Min-naħa l-oħra l-iżgħar jott huwa Hanse 311 b’tul ta’ 31 pied.

Jekk il-kundizzjonijiet jkunu tajbin,  ir-rekord tat-tellieqa ta ’47 siegħa, 55 minuta u 3 sekondi se jkun taħt theddida serja minn jottijiet bħal Skorpios, il-jott ta’ mitt pied Comanche (CAY), il-jott ta’ 88 pied Rambler (USA). Dan mingħajr ma ninsew il-multihulls, li r-rekord tagħhom huwa kważi disa ‘sigħat itwal minn dawk tal-monohulls.  

Maserati Multi70 (ITA), iż-żewġ MOD 70s: Mana (ITA) u Argo (USA), u l-jott ta’ 80 pied Ultim’Emotion (FRA) qed jaspiraw li jlestu t-tellieqa f’ħin qasir, bil-familja Podesta bil-jott Elusive 2 se jkunu qed iħarsu li jirbħu għat-tielet darba.