“Uliedna ma jafux x’se jiġri minnhom, l-iskola qed jitolbu l-għajnuna tagħna biex nagħmlu pressjoni aħna wkoll fuq il-Ministeru tal-Edukazzjoni…se jispiċċaw jaħlu sentejn”
Hekk sostnew numru ta’ ġenituri ma’ Net News li għandhom lill-uliedhom mingħajr għalliema fil-klassi, f’sena li suppost se jkunu qed jagħmlu l-O-Levels.
Każ partikolari huwa dak fl-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli fejn ġenituri esprimew it-tħassib tagħhom hekk kif uliedhom jinsabu mingħajr għalliema tal-hairdressing and beauty…waqt li qed jippreparaw għat-tieni parti tal-O-level ta’ dan is-suġġett.
Numru ta’ ġenituri spjegaw li għadhom ma rċevew xejn minn naħa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn saħansitra saħqu li qed jaqtgħulhom il-linja…filwaqt li risposta mingħand l-iskola m’għandhomx l-għaliex ma infurmawhom b’xejn dwar x’se jiġri..bl-istudenti jitħallew lampa stampa.
Dan filwaqt li Caruana ddeskriviet il-fatt li mal-1,300 student huma mingħajr edukaturi…bħala “intoppi żgħar” u “normali” fil-bidu ta’ sena akkademika.
//= $special ?>

