Futbol Sport

Gilbert Agius bi skwadra ta’ 22 plejer għall-partiti kontra l-Litwanja u l-Islovakkja

Il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Gilbert Agius sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 22 plejer li se jkunu qed jivvjaġġaw għal-Litawnja u wara għas-Slovakkja, bħala parti mill-impenji tagħhom fi Grupp C tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena. Din l-iskwawdra tinkludi wkoll ħames plejers li ma kienux mgħajta fl-aħħar partiti, fosthom Samuel Okoh u Sheldon Mizzi ta’ Pieta, Larens Vella ta’ Rabat, Adam Bradshaw ta’ Balzan, kif ukoll Victor Degiorgio li jilgħab fl-Istati Uniti. Adam Magri Overand ma kienx inkluż mat-22 plejer hekk kif ntgħażel biex ikun parti mill-iskwadra ewlenija mmexxija minn Devis Mangia.

L-iskwadra finali hija:

Goalkeepers: Rashed Al-Tumi (Nocerina), Cain Formosa (San Ġwann FC), Amara Sylla (Birkirkara FC).

Difensuri: Matthew Ellul (Hibernians FC), Christian Gauci (Valletta FC), Karl Mohnani (Melita FC), Samuel Okoh (Pieta Hotspurs), Carlo Zammit Lonardelli (Sirens FC).

Midfielders: Ayrton Attard (Hibernians FC), Adam Bradshaw (Balzan FC), Alejandro Garzia (Floriana FC), Marcus Grima (Balzan FC), Liam McKay (Santa Lucia FC), Sheldon Mizzi (Pieta Hotspurs FC), Bradley Sciberras (Floriana FC), Andreas Vella (Santa Lucia FC).

Attakkanti:  Jamie Carbone (Santa Lucia FC), Victor Degiorgio (Maryville Uni), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Jamie Sixsmith (St.Andrews FC), Mattia Veselji (Floriana FC), Larens Vella (Rabat Ajax).